AĠĠORNATA: Żewġ irġiel b’ġrieħi gravi wara ħabta fil-Marsa – One News

Notifiki

AĠĠORNATA: Żewġ irġiel b’ġrieħi gravi wara ħabta fil-Marsa

Tliet persuni ddaħħlu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Labour fil-Marsa fil-ħamsa tal-Ħadd filgħodu.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn karozza tat-tip Honda Civic u vann tat-tip Toyota Ace.

Il-Honda kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena miż-Żejtun filwaqt li t-Toyota kien qed jinstaq minn raġel ta’ 58 sena minn Ħaż Żabbar.

Fil-vann kien hemm ukoll raġel ta’ 50 sena minn Marsaskala.

Iż-żewġt irġiel li kienu fil-vettura tal-għamla Toyota Toyoace qed isofru minn ġrieħi gravi filwaqt li x-xufier tal-Honda sofra ġrieħi ħfif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulziija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend