Notifiki

Omm ikollha tagħti l-aħbar lil bintha, li missiera Clint ma jiflaħx

“Inħares lejn Zaya u għidtilha, id-daddy Clint ma jiflaħx u qiegħed l-Isptar, u qaltli issa nmur narah u nkantalu ninni la tibkiex iżjed.”

Dan kien kliem Lucienne, omm iċ-ċkejkna, li kellha tagħti aħbar ħażina lil bintha dwar missiera, hekk kif fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu waqa’ għoli ta’ madwar sular u nofs.

Clint Scerri, li għandu biss 34 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għal xi raġuni waqa’ minn fuq scaffolding f’sala, fi Triq Ħal Għargħur, l-Iklin. Jidher li fil-ħin tal-inċident ir-raġel kien qiegħed jgħin lil xi nies ineħħu xi affarijiet wara avveniment.

Kienu bosta l-kummenti fuq is-sit soċjali facebook, li kitbu l-qraba u l-ħbieb ta’ Clint fejn esprimew ix-xokk tagħhom meta semgħu din l-aħbar, u awgurawlu l-fejqan ta’ malajr.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend