Il-pjanist Richard Clayderman b’kunċert f’pajjiżna

Il-pjanist Franċiż ta’ fama internazzjonali Richard Clayderman jinsab Malta biex flimkien ma’ string octet minn Hamburg, il-Germanja, jagħti kunċert bl-isem “From Paris with Love” f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, l-Belt, illum il-Ħadd fis-7.30 ta’ filgħaxija.

Imwieled Pariġi, Clayderman irrekordja aktar minn 1,300 melodija. Ir-repertarju tieghu jinkludi taħlieta ta’ mużika klassika u moderna. Huwa kiseb suċċess mondjali b’bejgħ ta’ 150 miljun diska.

Richard Clayderman inġib Malta minn CMC Promotions. L-aħħar ftit biljetti jinsabu għall-bejgħ minn www.cmcpromotionsmalta.com.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend