L-aktar apoloġija stramba li qatt kellha tagħmel attriċi? Il-poplu tal-Hawaii irritat bi kbir!

L-attriċi Amerikana Jennifer Lawrence kellha titlob apoloġija mill-aktar stramba.

Meta kienet intervistata waqt il-Graham Norton Show tal-BBC, fettillha tirrakkonta dwar xena ta’ filming għas-serje The Hunger Games, li nġibdet fil-Hawaii, f’post meqjus sagru.

Irrakkontat ukoll li kienet konxja li mhux suppost tpoġġi fuq il-ġebel sagru ta’ dan il-post, għaliex tkun qed tesponih għal ċertu partijiet tal-ġisem.

Iżda qalet li għal parti twila tal-filming kellha tilbes wetsuit, li kkaġunat ħafna ħakk. Fi kliemha stess, għax traduzzjoni tinstema’ xi ftit stramba:

“I, however, was in a wetsuit for this whole shoot so – oh my God, they were so good for butt-itching. One rock that I was butt-scratching on ended up coming loose.”

Il-poplu tal-Hawaii irrabja tant li tgħidx kemm ċemplu lill-BBC jitlbuha titlob skuża. U hekk kellha tagħmel.

jen

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend