Inkwiet kbir għall-Prinċep Harry – One News

Notifiki

Inkwiet kbir għall-Prinċep Harry

Il-Prinċep Harry kapaċi jpejjep sa pakkett Marlboro Lights kuljum. Fatt sorprendenti li se jlaqqgħu ma’ sfidi ġodda, hekk kif Buckingham Palace ħareġ regoli stretti biex ma jkun hemm ebda tipjip fir-residenzi rjali, inkluż Kensington Palace, fejn jgħi Harry. Dan ilu jpejjep minn meta kien għadu ferm iżgħar – vizzju li qabdu meta kien għadu student f’Eton.

 Sa ftit tal-ġimgħat ilu, f’Buckingham Palace per eżempju stajt tpejjep f’ċertu zoni. Però minn issa, l-affarijiet se jinbidlu.

Biex ma jkunux daqshekk ħarxa, iddeċidew li jippermettu e-cigarettes f’ċertu zoni għas-sitt xhur li ġejjin, biex min għandu l-vizzju jfittex jaqtgħu. Wara dawk is-sitt xhur, mill-21 ta’ Mejju, dawn ukoll se jkunu projbiti.

Forsi jgerger inqas il-Prinċep Charles, li ma jistax għas-sigaretti u jsejjaħlu ‘vizzju maħmuġ’.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend