Sejba straordinarja: bla ma jaf kien se jbiegħ ġebla b’denb ta’ dinosawru – One News

Notifiki

Sejba straordinarja: bla ma jaf kien se jbiegħ ġebla b’denb ta’ dinosawru

Instab denb ta’ dinosawru ppriżervat b’mod li tista’ ssejjaħlu perfett, fl-ambra.

Din hija skoperta verament unika u rari, u tgħin biex insiru nafu aktar dwar dawn il-kreaturi estinti li ddominaw id-dinja għal aktar minn 160 miljun sena.

Eżaminazzjoni tas-sejba, li d-dettalji tagħha ingħataw fil-ġurnal Current Biology, tiżvela li d-denb kien kannella minn fuq u abjad minn isfel.

Hija l-ewwel darba li qatt instabet xi ħaġa priżervata fl-ambra (amber) – tip ta’ ġebla prezzjuża. Infatti s-sejba saret minn Luda Xing li ġejja miċ-China University of Geosciences ta’ Beijing. Din inzertat sabet il-fossila f’suq tal-ambra f’Myanmar.

Il-ġebla għandha 99 miljun sena u diġa kienet inħadmet biex minnha jkunu jistgħu jsiru ġawar li jintlibsu. Dak li kien qed jipprova jbiegħha ħaseb li d-denb kien parti mid-disinn tal-ġebla.

denb3

gebla

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *