Crane iħejju għal ċerimonja li timmarka l-bidu tal-‘kapitlu li jmiss’ f’pajjiżna – One News

Notifiki

Crane iħejju għal ċerimonja li timmarka l-bidu tal-‘kapitlu li jmiss’ f’pajjiżna

Crance Currency qed iħejju biex nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Diċembru iniedu dik li qed isejħulha groundbreaking ceremony li se tagħti bidu uffiċjali għall-ħidma tal-kumpanija hawn Malta.

Iċ-ċerimonja se ssir f’Ħal Far, u se tkun inidirizzata fost oħrajn mill-Prim Ministru Joseph Muscat, l-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta Kathleen Hill, u l-Kap Eżekuttiv ta’ Crane Stephen DeFalco.

Fl-invit il-kumpanija sejħet dan il-pass hawn Malta bħala l-‘kapitlu li jmiss’ għaliha.

Dan huwa avveniment li għalih hemm stennija kbira, bil-Viċi President tal-kumpanija Scott Smith  jistqarr li f’jumejn minn mindu ppubblikaw riklam dwar is-sejħa għall-ħaddiema, ikkuntattjawhom mat-300 persuna, bin-numru ta’ kuntatti dwar impjieg f’pajjiżna b’kollox ilaħħaq mal-1000 persuna minn meta tħabbar il-proġett.

Crane Currency, li qed tinvesti $100 miljun biex tibda topera minn pajjiżna, qed tfittex li fit-tnax-il xahar li ġejjin timpjega mal-mitejn persuna u tiftaħ linja tal-istampar tal-flus, bil-possibilità li tinfetaħ linja oħra u jkunu impjegati iktar persuni.

Smith qal ukoll li l-kumpanija tagħti valur kbir lis-sigurtà u l-kuntentizza tal-ħaddiema tagħha.

Madwar id-dinja, Crane timpjega mal-elf persuna u tiddisinja u tistampa karti tal-flus għal 50 bank ċentrali madwar id-dinja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Prosit u jAlla l-gid ikompli jitkattar ghal benificcju ta` Malta Taghna Lkoll.
    Wecome Crane Currency Co. to our Island, we wish you only the best !

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend