Notifiki

Il-Palazz tal-Granmastru lest biex jilqa’ 20,000 delegat fil-Presidenza

Il-Palazz tal-Granmastru, fejn qabel kien jiltaqa’ l-Parlament, se jkun qed jilqa’ mal-20,000 delegat u 1,500 ġurnalist għall-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg żar il-Palazz biex jara l-andament tat-tħejjijiet biex fi ftit ġranet oħra, Malta tmexxi l-Presidenza Ewropea. Huwa stqarr li ma kinitx faċli biex Palazz bħal dan jinbidel bħala l-post ewlieni li fih se jkunu qed isiru l-laqgħat b’rabta mal-Presidenza.

Ian Borg qal li wara l-Presidenza, ix-xogħlijiet li saru f’dan il-Palazz se tkun qed tgawdi minnhom Heritage Malta, hekk kif se tkun qed tieħu f’idejha plazza f’qagħda aħjar biex tkun tista’ tkompli l-proġett ta’ żvillupp biex dan il-post jerġa’ jura fl-istat oriġinali.

It-tħejjija għall-Presidenza ma kinitx biss tinvolvi t-tħejjija loġistika iżda ngħata wkoll taħriġ lill-ħaddiema li se jkunu ta’ servizz matul il-Presidenza Ewropea. Il-Palazz huwa attrezzat bl-aħjar mod wara konsultazzjoni ma pajjiżi li kienu fit-tmun tal-Presidenza fil-passat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend