Notifiki

Tal-ħanut spiċċa ‘abbużat’

Il-Ministru Chris Cardona qal fil-parlament li sid ta’ ħanut fis-Swieqi li qal lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil biex ma jkomplix ikun daqstant nnegattiv meta jitkellem dwsar l-ekonomija, spiċċa b’abbuż meta sarulu għadd ta’ spezzjonijiet.

Meta kien qed jagħlaq id-diskussjoni fit-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi li Jikkordina l-Ispezzjonijiet tal-Gvern, il-Ministru Cardona qal li għad jiġi l-mument opportun li huwa jagħti aktar informazzjoni dwar x’ġara u ma ġarax u x’azzjoni se jieħdu.

Il-Kap tal-oppożizzjoni kien żar dan il-ħanut biex jispjega dak li qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista fir-rigward tas-sidien tal-ħwienet u industriji żgħar.

Dr Cardona qal li l-għada, “din il-persuna ibbumbardjawha u bdew ġejjin l-inspections minn kullimkien qishom dubbien”. Huwa qal li dan huwa abbuż. Permezz ta’ dan l-abbozz ta’ liġi, affarijiet bħal dawn ma jerġgħux iseħħu għax dik hija politika tal-faxxiżmu, tad-dittatorjat.

Jekk m’intix magħna, ibgħatlu l-ispetturi ta’ kull xorta: VAT, taxxa, saħħa, saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kummerċ, dipartiment tat-trade. “Faqqgħalu kemm tiflaħ ħa teqirdu!” Fil-ġejjieni, spezzjonijiet bħal dawn isiru b’mod responsabbli.

Dr Cardona qalli dawn l-ispetturi kienu jaġixxu barra minn xogħolhom għax kienu inkarigati biex jagħmlu tip ta’ inspection meta fil-fatt għamlu inspection oħra. L-investigazzjoni għadha għaddejja biex isir magħruf minn huma dawn in-nies u x’inhu l-involviment tagħhom fil-Partit Nazzjonalista.

Ta’ QabelLi Jmiss

9 Comments

  1. Dan juri li c-civil ghadu dominat minn-Nazzjonalisti. Dawn huma tradituri li ghalihom il-PN jigi qabel l- interessi ta’ pajjizna. Ta’ min jithassarhom ghax ghadhom jghixu fil-kultura politika tal-imghoddi. Telfa ta’ aktar minn 36,000 vot ma ghalmithom xejn.

  2. U dawn in-nies iridu jghidu lil Partit progressiv u xellugi li hu faxxist! Ghadhom kif kienu meta ghall-isfortuna ta’ Malta u Ghawdex kollha hlief ftit ta’ gewwa kienu fil-gvern.

  3. lmin hemm fil-Gvern Ministru?? lool.. din it-tattika issa ndrat ta’ Ministru Cardona…. li meta l-PN jikxef kaz gravi ta’ koruzzjoni, u ilbeirah inkixef ta’ Evarist Bartolo, taraw x’ser tohorgu bix tiddevjaw hehe… try another Ministru

  4. Sur Prim Ministru dawn huma nies taghna lkoll li qeghdin fil Gvern ahna u jmexxu huma, naf x’qed nghid haddiema laburisti fid-Dipartimenti mbezzghin min haddiema Nazzjonalisti ghaliex min inhatar bhala kapijiet aktar jidefendu lil haddiema Nazzjonalisti mill Laburisti anzi il-haddiema laburisti jitrattawhom tat-tieni klassi. Meta il-ministri ser jiehdu azzjoni gimgha qabel l-election imbghad tard wisq mhux Ministru mohhhom biss f’nies tad-Distrett taghhom .

  5. Kemm tahraqhom qalbhom ghax-xoghol daz-zewg spetturi –hargu mir-ronda taghhom biex jaghtu servizz lil pajjizna –Jien nirrikmandahom ghal Gieh ir-Repubblika !!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend