Jirdoppja n-numru ta’ studenti li jagħżlu suġġetti vokazzjonali – One News

Notifiki

Jirdoppja n-numru ta’ studenti li jagħżlu suġġetti vokazzjonali

Illum ingħata bidu għall-ġimgħa tal-ħiliet vokazzjonali. It-tema ta’ dawn il-jiem hija “L-edukazzjoni vokazzjonali bħala l-ewwel għażla”

Din hija ġimgħa marbuta mal-istrateġija li tnediet il-ġimgħa li għaddiet. Bħalissa f’pajjiżna, fl-iskejjel sekondarji qed jigu offruti ħames suġġetti vokazzjonali li huma l-ospitalitá, l-informazzjoni teknoloġika, l-agribusiness, l-ħarsien soċjali u l-inginerija.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo qal li n-numru ta’ studenti li jagħżlu suġġetti vokazzjonali rdoppja, hekk kif bħalissa huma 1500 student fi skejjel sekondarji li qed jagħżlu li jitgħallmu dawn is-suġġetti. Huwa saħaq li l-istudenti qed jingħataw taħriġ ta’ kwalità.

Intant, matul din il-ġimgħa ddedikata għal dawn is-suġġetti se jsiru wkoll attivitajiet fl-MCAST u fl-ITS. Dan filwaqt li nhar il-Ġimgħa li ġej, jiġifieri fid-9 ta’ Diċembru se ssir konferenza nazzjonali dwar dawn is-suġġetti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend