Jinsisti li ma jagħmilx tax audit

Għaddew xhur minn meta l-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami, kien sfidat joqgħod għal tax audit għall-ewwel darba.

Sfida li baqa’ ma laqax anke jekk fil-midja u fl-arena politika kienu qed iqumu mistoqsijiet dwar il-miljun ewro li jiddikjara li għandu l-bank u l-villa tiegħu fil-Għargħur deskritta bħala palazz.
Minn dakinhar isem il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista tfaċċa f’każ mill-iktar serju.

Investigazzjoni ta’ kumpanija b’rabta ma’ ħasil ta’ flus li f’Malta l-fiduċjarja tagħha kienet Baltimore Fiduciary li Direttur tagħha kien l-istess Fenech Adami.

Fiċ-ċirkostanzi, deskritti minn ħafna bħala serji, staqsejna jekk ux il-waqt li din id-darba Fenech Adami jilqa’ l-isfida u joqgħod għal tax audit. Għal darba oħra kien ċar. Ma jridx.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend