Qatlu l-buffu t’Aleppo – One News

Notifiki

Qatlu l-buffu t’Aleppo

Raġel Sirjan li kien jagħmel xogħol ta’ buffu bit-tama li joffri ftit tama lit-tfal f’parti maqbuda mir-ribelli f’Aleppo inqatel f’attakk mill-ajru.

Anas al-Basha ta’ 24 sena kien direttur tal-grupp soċjo-ċivili Space of Hope. Forzi tal-Gvern ilhom jattakkaw partijiet mil-Lvant t’Alleppo maqbuda minn ribelli, f’attentat li jinkiseb kontrol mill-ġdid.

Hemm madwar 250,000 persuna tgħix f’din is-sitwazzjoni t’assedju, fosthom 100,000 tifel u tifla.

M’għad fadal ebda sptar li qed jaħdem, u l-provvista tal-ikel spiċċat għal kollox.

Basha kien jgħix biex jisforza lit-tfal jidħku, f’ċirkostanzi mill-aktar mudlama u perikolużi. “Anas irrifjuta li jitlaq minn Aleppo u ddeċieda jibqa’ hemm biex ikompli jaħdem bħala volontier, biex jgħin lill-persuni ċivili u jagħti rigali lit-tfal li spiċċaw fit-toroq.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend