Notifiki

Hawn tifla tixtieq li xi ħadd iħalsilha l-lezzjonijiet tal-privat

Fost in-numru kbir ta’ xewqiet li għandhom tfal vulnerabbli f’pajjiżna, hemm tifla li tixtieq li tingħata ċ-ċans tavvanza fl-istudji tagħha u tkompli titgħallem, iżda ħadd ma jista’ jħalsilha lezzjonijiet tal-privat.

Inizjattiva bl-isem ta’ Children’s Dreams, li hija organizzata mill-Aġenzija appoġġ u li qed issir għar-raba’ darba f’pajjiżna l-ħolma ta’ tifel jew tifla vulnerabbli jistgħu isiru realtà.

Din l-inizjattiva hija kkaraterizzata minn ħolm ta’ tfal vulnerabbli. Ħafna minnhom ikunu jixtiequ ġugarelli, kotba, logħob, ħwejjeg u l-opportunità li jiltaqgħu ma’ xi personalità Maltija bħal xi kantant jew kantanta, jew inkella plejer tal-futbol.

Xtaqna naraw fiex jikkonsisti l-ħolm ta’ dawn iċ-ċkejknin u għalhekk żorna s-sit www.childrendreams.org fejn sibna ħolm ta’ tfal b’ismijiet fittizji biex tkun protetta l-identità tagħhom.
screen-shot-2016-12-01-at-14-34-26

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Ghandna tanti rizorsi u miljuni kbar li jintefqu fl- FTS u mbaghad ma nistghux nghinu tifla zghira????? Xi privat ghandha bzonn din it- tifla? Liema suggetti?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend