Studenti Maltin jibrillaw fix-xjenza u matematika – One News

Notifiki

Studenti Maltin jibrillaw fix-xjenza u matematika

 

Iż-żgħażagħ Maltin ta’ tlettax-il sena kisbu skor pożittiv ħafna fi studju internazzjonali li jkejjel il-kompetenzi matematiċi u dawk tax-xjenza. Għal dan l-studju ġew studjati 39 pajjiż.

L-istudju TIMSS (Trends in International Mathematics and Science Study), juri li studenti ta’ tlettax-il sena rnexxilhom iġibu 494 punt, li wassal biex pajjiżna jikklassifika fl-20 post minn lista ta’ 39 pajjiż. Dan ifisser sitt punti aktar mill-aħħar studju li sar f’pajjiżna fl-2007.

Fix-xjenza, studenti Maltin kisbu 481 punt li jfisser żieda ta’ 24 punt meta mqabbel mal-2007. Fix-xjenza pajjiżna ikklassifika fit-22 post.

Il-punteġġi juru li l-ħidma li saret bejn l-2007 u l-2015 bl-għan li l-istudenti Maltin jtejbu l-ħiliet tagħhom fil-Matematika u x-xjenza ħalliet effett pożittiv.

L-istudju TIMSS juri wkoll li l-maġġoranza tal-istudenti Maltin jippreferu x-xjenza mill-Matematika u li studenti subien japprezzaw il-Matematika aktar minn studenti bniet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend