“Nibnu fuq is-suċċess li ksibna” – One News

Notifiki

“Nibnu fuq is-suċċess li ksibna”

Matul l-laqgħa ġenerali annwali tal-Jobsplus, il-kap eżekuttiv Clyde Caruana, ta’ rendikont tax-xogħol li sar u l-inizjattivi li tnehdew matul din is-sena.

Is-sur Caruana qal li din kienet sena li ġabet magħha numru sostanzjali ta’ bidliet, b’mixja li waslet il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig għal Jobsplus; b’isem u dehra ġdida li jirriflettu mhux biss tibdil kożmetiku, iżda wkoll tibdil fil-qafas ta’ l-operat. Dawn it-tibdiliet ssarfu f’numru ta’ records fis-suq tax-xogħol, inkluż żieda fl-impjiegi b’rata d-doppju ta’ dik fiż-żona ewro, u l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea, hekk kif tul dawn l-aħħar tlett snin il-qgħad niżel minn 7,400 għal kważi 3,000.

Fost in-numru ta’ tibdiliet ġodda li saru matul dis-sena, daħlet fis-seħħ sistema ta’ tqabbil tal-impjiegi flimkien ma’ websajt ġdida, bil-mira li jinħoloq suq ta’ xogħol virtwali, filwaqt li żdiedet ukoll l-preżenza ta’ Jobsplus fuq siti soċjali sabiex jintlaħqu aktar nies.

Inbidlet ukoll b’mod radikali il-proċedura ta’ kif persuni li qed ifittxu xogħol jirreġistraw mal-Jobsplus, u żdiedet l-interazzjoni li jkollhom ir-reġistranti mal- employment advisers bl-għan li jiġu kkreati action plans għalihom, u b’hekk jkun hemm aktar għarfien tal-ħiliet ta’ dawk li qed jirreġistraw.

Caruana spjega kif l-2017 se tkun qed tkompli bis-sħiħ il-ħidma ta’ Jobsplus, permezz ta’ inizjattivi bħal work programme, Investing in skills, u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ (Youth Guarantee). Is-sena d-dieħla Jobsplus ser tkompli tagħti spinta ukoll lir-riċerka hekk kif se jithejja studju, bil-possibilità li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta’ tbassir tax-xogħol, li jgħin biex nipprevjenu nuqqas ta’ ħiliet fis-suq tax-xogħol lokali.

Fost proġetti oħra, Jobsplus ser tippubblika ukoll Occupational Handbook, li jiggwida aħjar lill-istudenti fl-għażla tal-karriera tagħhom. Dan il-handbook ser jinkludi informazzjoni dwar in-natura u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, it-taħriġ u l-edukazzjoni, il-qliegħ, u l-prospetti t’impjieg għal mijiet ta’ xogħolijiet differenti f’Malta u Għawdex.

l-Kap Eżekuttiv tenna d-diskors tiegħu billi rringrazzja lill-ħaddiema kollha tax-xogħol siwi tagħhom, u ħeġġiġhom ikomplu jaħdmu id f’id sabiex flimkien ikomplu jġibu bidla pożittiva fil-ħajja tan-nies, u jkomplu jissaħħu r-relazzjonijiet ma’ min jimpjega.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend