Aġġornat: Il-gwerra fis-Sirja – Eluf jitilqu mil-Lvant t’Aleppo – One News

Notifiki

Aġġornat: Il-gwerra fis-Sirja – Eluf jitilqu mil-Lvant t’Aleppo

Il-Gvern Sirjan għadi kif ħa taħt idu parti kruċjali mil-Lvant t’Aleppo; progress li se jkun qed jaqsam it-territorju li sfa maħtuf mir-ribelli.

L-armata Sirjana u l-allejati tagħhom ħadmu flimkien biex jakkwistaw lura l-kontroll f’Aleppo lura f’Settembru. Eluf ta’ persuni telqu minħabba li l-Lvant ta’ Aleppo jinsab taħt it-tmexxija tar-ribelli u li fl-aħħar jiem kien hemm wħud mill-agħar attakki.

Eluf ta’ persuni abbandunaw djarhom u telqu mid-distretti li jinsabu fil-Lvant ta’ Aleppo, dan hekk kif l-armata Sirjana qed tkompli tagħmel ħilitha biex takkwista din il-belt li tinsab fis-Sirja taħt idha.

L-Osservatorju Sirjan għad-Drittijiet Umani qali li madwar 10,000 residenti telqu f’postijiet li huma mmexxija minn Gvern, f’żoni li jinsbau fil-Punent tal-pajjiż.

Madwar 250,000 persuna għadhom jgħixu fil-Lvant ta’ Aleppo, fejn ikel u kif ukoll provvisti mediċi huma skarsi.

Ritratt: AFP

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend