Notifiki

Raġel jitlef ħajtu wara li waqa’ minn gallarija ta’ lukanda f’San Ġiljan

Ingliż ta’ 80 sena miet wara li waqa’ minn gallarija li tinsab fl-ewwel sular ta’ lukanda.

L-inċident seħħ fis-06.45 fi Triq id-Dragunara, San Ġiljan.

 

Fuq il-post issejjħet l-ambulanza, iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. C Farrugia Frendo LLD ħattret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend