Illum il-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi dwar is-siġġijiet Parlamentari – One News

Illum il-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi dwar is-siġġijiet Parlamentari

Illum il-Qorti Kostituzzjonali mistennija tieħu deċiżjoni dwar il-każ tas-siġġijiet li beda l-Partit Nazzjonalista.

Is-sentenza kellha tingħata aktar kmieni dan ix-xahar,  b’uffiċjali taż-żewġ partiti jistennew b’ħerqa li tingħata d-deċiżjoni. Iżda, kienu nfurmati li għandhom jibqgħu jistennew sa llum biex ikunu jafu d-deċiżjoni aħħarija.

Fl-istadju t’appell l-Imħalfin semgħu l-aħħar argumenti tal-Partit Laburista, tal-Partit Nazzjonalista, tal-Avukat Ġenerali, tal-Kummissjoni Elettorali u tad-deputati li allegatament kien hemm żball fl-għadd tal-voti tagħhom.

Wara li f’Mejju li għadda l-Prim Awla tal-Qorti Civili ordnat biex il-Partit Nazzjonalista jingħata żewġ siġġijiet parlamentari oħra, il-Gvern, l-Partit Laburista u kif ukoll il-Kummissjoni Elettorali appellaw, u l-każ instema’ nhar is-26 ta’ Settembru.

Dakinhar, l-avukat Robert Abela f’ isem il-Partit Laburista, stqarr li d-deċiżjoni tal-ewwel Qorti ma tagħmilx sens għaliex mhux biss tvarja r-rieda tal-poplu billi terġa’ tnaqqas id-distakk tar-riżultat elettorali bejn iż-żewġ partiti, xi ħaġa li mhix permessa mil-liġi, iżda toħloq ukoll preċedent ikrah għaliex tiżra’ ż-żerriegħa tal-inċerteżża politika. Dan f’ każ meta ż-żewġ partijiet qablu li hu żball ta’ għadd tal-voti ta’ natura ġenwina u li mhux se tagħmel differenza kbira.

L-Avukat Ġenerali qal li l-fatt li jkun sar żball ma jfissirx li ma kienx hemm elezzjoni libera u li allura inkisret il-liġi. Sostna li għall-fini ta’ ċertezza, ma tistax terġa’ tiftaħ riżultat elettorali f’nofs terminu u kwalunkwe attentati biex ibiddlu l-bilanc tal-leġislatura jistgħu biss jitfgħu is-sitema f’inċertezza.

Jiddefedi lill-Partit Nazzjonalista kien hemm l-eks Segretarju Ġenerali Paul Borg Olivier.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend