Il-Qorti tati żewġ siġġijiet lill-PN – One News

Il-Qorti tati żewġ siġġijiet lill-PN

Il-Qorti Kostituzzjonali tat żewġ siġġijiet oħra fil-Parlament lill-Partit Nazzjonalista. Dan f’deċiżjoni wara appell li sar iktar kmieni din is-sena.

Il-każ idur ma’ żball fl-għadd tal-voti fl-elezzjoni tal-2013 fuq it-tmien u tliettax –il distrett elettorali meta kienu qed jintirtu l-voti minn kandidat għal ieħor.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu l-avukat tal-Partit Laburista, Robert Abela, qal li jirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti.“Tkellmet l-ogħla qorti,” qal Abela li rrimarka kif din ikkonfermat ukoll kemm kellu raġun jappella minn sentenzi preċedenti l-Partit Laburista.

Fil-fatt kien hemm punti li l-Partit Nazzjonalista ma ngħatax raġun dwarhom, fosthom is-sehem ta’ Claudette Buttigieg u Frederick Azzopardi fil-kawża, li bil-mekkaniżmu elettorali diġa’ għandhom siġġu fil-Parlament u għalhekk ma kellhomx iktar interess fil-kawża.

Deċiżjoni li wasslet biex il-Partit Laburista jżomm is-siġġijiet kollha tiegħu. Minn naħa tal-Partit Nazzjonalista intqal li issa saret ġustizzja u kif mistenni l-esponenti tiegħu dehru sodisfatti meta ħarġu barra l-qorti.

B’hekk il-Parlament Malti se jkollu l-ammont massimu ta’ membri għall-ewwel darba fl-istorja, jiġifieri 71 membru.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu l-Prim Ministru kiteb fuq twitter u qal li jinsab diżappuntat ferm bid-deċiżjoni tal-Qorti dwar kif għandu jkun kompost il-Parlament. “Iżda, nirrispettaw u nimplimentaw,” kiteb il-Prim Ministru li ddikjara li din id-deċiżjoni tagħmel lill-gvern iktar riżolut għall-ġejjieni.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. B’din id-decizjoni tal-Qorti allura Siggu ghal PN gie jiswa 4138 vot waqt li siggu ghal PL 4296 vot
    Skond il persentaggi fuq 71 siggu suppost PL 54.83% = 39 u PN 43.34% = 31 siggu

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend