Il-PN jiċċelebra fid-daħla tad-Dar Ċentrali – One News

Notifiki

Il-PN jiċċelebra fid-daħla tad-Dar Ċentrali

Il-Partit Nazzjonalista organizza dak li kellu jkun rally biex jiċċelebra sentenza tal-Qorti u dan għamlu fid-daħla tad-dar ċentrali. Għalih attendew l-akkaniti tal-Partit li fl-aħħar xhur Busuttil ħadhom miegħu kull meta ried jagħmel l-istorbju, bħal meta ġew aggrediti ġurnalisti ta’ ONE NEWS quddiem il-Qorti.

Skont il-Kap tal-Oppożizzjoni, is-sentenza tal-illum fissret telfa kbira għal Joseph Muscat u qal li ħareġ mill-emergency exit.

Simon Busuttil irringrazzja lill-Paul Borg Olivier u t-tim tiegħu għar-rebħa li għamlu u ddeskriva din il-kawża bħala David kontra Gulia għaliex kontrih sab lil Joseph Muscat u l-Partit Laburista.

Huwa saħaq ukoll kif din kienet rebħa morali għal Partit Nazzjonalista filwaqt li semma’ kif ir-rebħa taż-żewġ siġġijiet hija l-ewwel sinjal biex il-Partit Nazzjonalista ma jaqtax qalbu u jerbaħ l-elezzjoni li jmiss.

Wara ċ-ċelebrazjzjoni taż-żewġ siġġijiet, indaqq l-Innu tal-Partit Nazzjonalista b’tfakkira tar-rebħa li saret illum.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

3 Comments

  1. Mela l-unika cans biex jirbah Simon u l-PN hu permezz tal-Qorti u mhux bil.voti tal-poplu ! MHux ta’ b’xejn ikunu jridu jmorru l-Qorti !!!!!

  2. Huma jiccelebraw w`ahna nsahhu r-rieda taghna li nahdmu aktar ghar-rebha ohra Laburista.
    Diga bdew jikkonfoffaw –rajnihom il-bierah imdawwrin bin-nies ta` karattru tajjeb u ferm ezemplari !!

  3. Nixtieq infakkar lil SB li t- telfa storika li qed jiccelebraw hija wkoll in parti Mertu ta’ PBO! LOL! Nahseb li din l- ironija hi ovvja ghalih aktar milli hi ghalija! Insomma in fondo in fondo Dan kull am qed jaghmel hu biex dawk li jridu jqalftuh jisktu ftit u biex forsi jipprovoka lil dawk il-167, 000 plus li fl- 2013 ivvotaw PL. Tpaxxuhx u zommu l-kalma. Pajjizna sar l- ghira tal- Ewropa u ghad isir l- ghira tad- dinja!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend