Mumenti sbieħ minn lenti ta’ fotografu – One News

Mumenti sbieħ minn lenti ta’ fotografu

helena-1

helena-2

michelle-1

Dawn ir-ritratti, meħuda minn Jason Borg mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, laqtuna.

Ittieħdu meta ngħataw training kits ġodda għal tfal u żgħażagħ fi ħdan Special Olympics finanzjati mill-iskema tal-Voluntary Organisations Project Scheme.  Din l-iskema hija amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju.

Tfal u żgħażagħ attivi fl-iSpecial Olympics se jgawdu minn training kits ġodda li se jkunu jistgħu jutilizzawhom matul ix-xhur li ġejjin. Fir-ritratti jidher il-ferħ fuq wiċċ dawn it-tfal iżda anke fuq wiċċ dwak kollha parteċipi.

It-training kits kienu ppreżentati lil għexieren ta’ tfal u żgħażagħ mill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli u minn mart il-Prim Ministru Michelle Muscat bħala l-President tal-iSpecial Olympics u Chair tal-Fondazzjoni Marigold.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend