“Gvern b’impenn sħiħ biex jinstabu impjiegi alternattivi” – One News

“Gvern b’impenn sħiħ biex jinstabu impjiegi alternattivi”

Fi stqarrija l-Partit Laburist qal li għall-aħbar li l-kumpanija Actavis se tnaqqas il-ħaddiema minħabba takeover tal-kumpanija minn kumpanija oħra, il-Gvern ma qagħadx sempliċiment b’idejh fuq żaqqu iżda b’impenn se jkun qed jaħdem sabiex jinstabu impjiegi alternattivi għall-ħaddiema kollha.

Min-naħa l-oħra, huwa ċar li l-Oppożizzjoni, meta l-aħbar tkun kontra l-ħaddiema toħroġ togħrok idejha, iżda meta l-aħbar tkun bħal dik tad-De La Rue din il-ġimgħa, fejn il-kumpanija mhux biss mhux se tkeċċi l-ħaddiema, iżda se tkabbar l-operat, tibqa’ b’fommha magħluq.

Il-Gvern qed ikun solidali mal-ħaddiema bil-fatti u mhux biss kliem. Għal kontra tal-Oppożizzjoni li tieħu pjaċir u togħrok idejha b’aħbarijiet bħal dawn tal-Actavis, dan il-Gvern se jkompli jaħdem biex iġib aktar xogħol.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend