Tbassir ieħor ta’ Simon Busuttil li mar żmerċ – One News

Notifiki

Tbassir ieħor ta’ Simon Busuttil li mar żmerċ

Meta ma’ kull jum li jgħaddi l-Kap tal-Oppożizzjoni qed ikompli juri kemm huwa kontra l-investiment sempliċiment għax ma jiflaħx jara aktar ġid lejn pajjiżna, għal darba oħra reġa’ mar żmerċ bi tbassir ieħor bħal ma ġara fil-każ tal-bail-out u l-qgħad, meta d-De La Rue mhux talli mhux se tkeċċi l-ħaddiema, talli kkonfermat li se tkabbar l-operat tagħha permezz ta’ Ċentru ta’ Eċċellenza.

Fi stqarrija l-Partit Laburista spjega li  f’Malta għandna fost l-ikbar żewġ ġganti fil-qasam tal-istampar tal-karti tal-flus u passaporti fid-dinja, wara l-investiment ġdid mill-Istati Uniti permezz ta’ Crane currency.

Dan il-Gvern mhux biss qed jaħdem sabiex ikunu attirati investimenti ġodda lejn pajjiżna, iżda qed jagħmel dak kollu possibli biex jikkonsolida dak li diġa’ hawn f’pajjiżna.

Il-Partit Laburista qal li Gvern Laburista flok jagħmel l-imħatri u jifraħ li se jitlaq l-investiment, jaħdem biex iġib aktar xogħol u aktar ġid lejn pajjiżna. Filwaqt li l-bitterness ta’ Simon Busuttil mess verament il-qiegħ u huwa għalhekk li l-poplu ma jridx li jreġġa’ l-arloġġ lura.

Dan il-Gvern se jibqa’ jkun pro-business biex it-tkabbir ekonomiku bla preċedent li qed jesperjenza u li qed iservi ta’ eżempju għall-pajjiżi oħra, jġib ir-riżultati.

Aqra aktar: Id-De La Rue se jżommu kollox hawn minflok inaqqsu se jżidu l-ħaddiema

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Dawn ma jifilhuhx jaraw il-gid f`dal pajjiz u qed jippruvaw jaqbdu ma` kull tentufa..pero` l-Poplu jrid mexxejja biezla li jrendu, ottimisti u mhux min jghidlu ` Se naghmel pp: il-prezzijiet hemm bzonn nidrawhom; nqabdu l-washing machines bil-lejl , mhatri li jaghlqu l-fabbriki u min jghajjru cuc Malti`. Ahna nahfru iva imma ninsew qatt !!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend