Kors dwar il-finanzi għall-istudenti kollha – One News

Notifiki

Kors dwar il-finanzi għall-istudenti kollha

Il-borża ta’ Malta flimkien ma’ Education Plus ikkollaboraw fuq proġett bl-għan li jsaħħu t-tagħlim tal-istudenti fil-qasam finanzjarju, dan permezz ta’ filmati qosra. 

L-ispjegazzjoni dwar dan il-kors saret permezz ta’ filmati li ħejjew studenti tal-multimedja stess, li huma parti mill-Alternative Learning Programme. Dan il-mezz għen lil dawn l-istudenti biex jintegraw fid-dinja finanzjarja sabiex ikunu preparati għad-dinja tax-xogħol u jiksbu l-kwalifiċi neċċessarji sabiex ikunu jistgħu jkomplu javvanzaw.

Filfatt, dawn l-istudenti ngħataw ċertifikat ta’ Livell tlieta fil-Multimedja u ICT li jfisser li huma biss pass ‘il bogħod milli jkomplu l-istudji tagħhom fl-MCAST.

Il-Ministru Evarist Bartolo faħħar l-inizjattiva filwaqt li awgura lill-istudenti għas-suċċess li rnexxilhom jiksbu u nkoraġġihom biex ikomplu jistudjaw. Intqal ukoll li hemm organizazzjonijiet oħra li huma lesti li jikkollaboraw ma’ Education Plus sabiex joffru iżjed opportunitajiet lill-istudenti f’oqsma varji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend