Owen Bonnici jqajjem ksur ta’ privileġġ kontra Jason Azzopardi – One News

Owen Bonnici jqajjem ksur ta’ privileġġ kontra Jason Azzopardi

Fil-Parlament il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici qajjem każ ta’ ksur ta’ privileġġ kontra l-Onorevoli Jason Azzopardi.

Dan tal-aħħar qal li l-Ministru gideb meta fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi tkellem dwar il-kuntratt ma’ Henley and Partners. Il-Ministru Bonnici qiegħed fuq il-mejda tal-kamra dokumenti u traskrizzjoni li juru li dan mhux il-każ, u li għalhekk Azzopardi qed iqarraq.

Bonnici qal li dan it-tip ta’ kliem huwa inaċċettabbli fil-konfront tiegħu, b’referenza għal frażijiet bħal “Owen Bonnici lied to Parliament”, li ingħadu kemm bil-fomm kif ukoll permezz ta’ mezzi soċjali bħal Twitter.

“Dan huwa każ lampanti ta’ ksur ta’ privileġġ” sostna l-Ministru. Qal li din hija l-ewwel opportunità tiegħu li jagħmel il-każ tiegħu quddiem il-Parlament, għax dan it-tip ta’ kliem beda mill-Ħamis tal-ġimgħa l-oħra u baqa’ jiġi ripetut.

Il-Ministru kien skużat milli jattendi l-Parlament minħabba impenji barra minn xtutna. Huwa ra wkoll artiklu li deher fuq il-Malta Today, u sab kwotati tweets li jsejħulu giddieb.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend