Tmien persuni mietu s-sena l-oħra kawża ta’ overdose ta’ droga.
Meta wieġeb mistoqsijiet tal-Membri Parlamentari Nazzjonalista Claudio Grech, il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar ukoll li minn Jannar sa Ottubru ta’ din is-sena tqassmu 783,309 siringi .
Dawn is-siringi ma jitqassmux biss lil individwi li għandhom problema ta’ abbuż mid-droga iżda anke lil pazjenti li jbatu bid-diabete jew kundizzjonijiet mediċi oħra.
Il-Ministru Fearne qal li biex jitnaqqas ir-riskju ta’ nies li jittaqqbu b’mod aċċidentali minn labar użati, d-Dipartiment tas-Saħħa beda kampanja li jitqassmu kaxxi apposta, magħrufa bħala “Sharp Containers” miċ-Ċentri tas-Saħħa biex il-labar użati jintremgħu b’mod aktar sikur.