Kunċert b’riżq id-Dar tal-Providenza – One News

Notifiki

Kunċert b’riżq id-Dar tal-Providenza

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-persuni b’diżabbilita’, se jiġi organizzat KUNĊERT fil-Katidral ta’ l-Imdina nhar il-Ħamis 1 ta’ Diċembru fis-7.30 ta’ filgħaxija b’riżq id-Dar tal-Providenza. Il-Kunċert se jittella’ mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u bil-kollaborazzjoni ta’ RTK4Charity. Se jkun taħt il-patroċinju tal-E.T. il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u l-Arċisqof Mons Charles Scicluna.

Il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta se ddoqq fost l-oħrajn kompozizzjonijiet ta’ Nino Rota: Legend of the Glass Mountain, John Stevens – Benediction, Hay Malotte – The Lord’s Prayer u Tantum Ergo ta’ Paolo Nani. Il-Banda tal-AFM se tkun akkumpanjata mill-Coro Bel Canto. Kompozizzjoni ohra hija silta mill-musical: San Ignazju ta’ Loyola, bi kliem ta’ Dr John A. Agius u mużika ta’ Bdr Twanny Borg.

Id-diskors prinċipali se jsir minn Annebelle Xerri, li ta’ sitt snin tilfet is-smigh, u li f’Ġunju li għadda ngħatat The Queen’s Young Leaders Award, u li jingħata fost 45 pajjiż tal-Commonwealth.

Matul din is-serata se jingħata wkoll il-premju Mons Mikiel Azzopardi, li 50 sena ilu, ħolom bid-Dar tal-Providenza. Illum din id-Dar ghandha mal-mitt resident fi djar differenti, tmexxi erbat’idjar fil-komunita’ u toffri wkoll servizz ta’ respite.  Biex twettaq din il-hidma, id-Dar tal-Providenza ghandha bzonn mal-4 miljun Ewro fis-sena.

L-inizjattiva tal-RTK4Charity – Dar tal-Providenza biex il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta ttella’ kunċert huwa biex ikomplu jinġabru aktar fondi b’riżq l-istess Dar.

Dħul għaIl-kunċert huwa bla ħlas u kulħadd mistieden jattendi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend