Żagħżugħ t’24 sena minn Santa Venera qed isofri minn ġrieħi gravi wara li allegatament sofra xi feriti b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Dan wara li matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart, seħħ argument bejnu u bejn żagħżugħ ta’ 23 sena, ukoll residenti Santa Venera, f’residenza privata fi Triq l-Erbgħa ta’ Settembru elf disa’ mija u tmintax f’Santa Venera.
Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post fejn sabet liż-żagħżugħ ferut, u ttieħed l-iSptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Iż-żagħżugħ l-ieħor ħarab minn fuq il-post b’karozza, iżda ġie mwaqqaf u arrestat mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit. Ftit wara ngħata l-kura medika f’Ċentru tas-Saħħa u ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-għassa li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata, u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin