Żewġt irġiel feruti waqt argument – One News

Notifiki

Żewġt irġiel feruti waqt argument

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-ħamsa u kwart, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa stabbiliment fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni kien qam argument bejn numru ta’ persuni u tnejn minnhom sfaw feruti.

Jidher li wieħed minn dawn iż-żewġ persuni, li huwa raġel Serb ta’ 43 sena, qala’ daqqa t’oġġett iebes mingħand persuna mhux magħrufa u sofra xi ġrieħi.  Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.  Filwaqt li l-persuna l-oħra – raġel ta’ 28 sena mill-Maċedonja, li wkoll kien involut fl-argument qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend