“Wasal iż-żmien għal rivoluzzjoni oħra” – JOSEPH MUSCAT – One News

“Wasal iż-żmien għal rivoluzzjoni oħra” – JOSEPH MUSCAT

Fiċ-ċentru Laburista ta’ San Ġwann, il-Prim Ministru fetaħ id-diskors tiegħu billi tkellem dwar ir-rispett li pajjiżna igwadanja internazzjonlament, lil hinn minn xtutna, u kif dan il-Gvern qed jirnexxilu jasal fl-ogħla livelli.

Lokalment qed isir investiment qawwi, fosthom bir-riforma fil-qasam tal-enerġija, bil-miġja ta’ kontijiet orħos ta’ dawl u ilma u l-qalba mill-aktar żejt li jagħmel ħsara lis-saħħa u l-ambjent.  Fil-qasam tas-saħħa, dan il-Gvern qed jinvesti fi sptar rinovat minflok Saint Lukes. Se jinbedna sptar totalment ġdid f’Għawdex, li permezz tiegħu se tkun attirata Università barranija. Dan ifisser kura b’xejn tal-aqwa kwalità lill-Għawdxin u kif ukoll titjib għar-rota eknomika Għawdxija.

L-istess nies dejjem qed joħorġu kontra dan it-tip ta’ progress, osserva l-Prim Ministru. B’kuntrast, “aħna n-nies li rridu l-bidliet il-ħin kollu” kompla jgħid, u għalhekk il-moviment tal-bidla u kontra l-establishment fil-pajjiż. Kontra dan il-moviment hemm min ma jridx il-qalba għall-gass, li jbeżżgħu bl-Amerikani, bir-Russi u biċ-Ċiniżi.

“Dan huwa l-establishment li aħna m’aħniex parti minnu u għalhekk kburin li aħna parti mill-bidla f’dan il-pajjiż”

Qal li wasal iż-żmien għal rivoluzzjoni oħra – dik fil-qasam tax-xogħol. Li kieku dan il-moviment huwa parti mill-establishment, jikkuntenta bil-fatt li l-qgħad naqas tant li laħaq livelli rekord. Anqas minn 3,000 persuna jridu jkunu jirreġsitraw sal-aħħar ta’ din il-leġiżlatura.

Illum-il ġurnata f’pajjiżna m’hemmx għalfejn ngħollu l-età tal-pensjoni. Jibqa’ però l-fatt li m’hemmx sistema ta’ ħsieb li tgħin lin-nies jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol. Il-liġi l-ewwel li tassumi huwa li ħaddiem raġel, u sa ftit ilu kienet aktar faċli u rħisa li bniedem iħaddem mara. Il-bidla li rridu nagħmlu hija li l-ħaddiem nibdew inqisuh mara wkoll, bħala regola. “Naħsbu l-ewwel fil-mara, fid-drittijiet tan-nisa”. Meta jibda jiġri dan, tgawdi s-soċjetà Maltija kollha. L-ewwel ma trid tiġri hija riforma fil-ħsieb.

Wara, trid issir bidla fil-liġi tax-xogħol, biex anke fil-ħsieb tagħha, tkun iktar miftuħa. Illum hawn l-idea li hemm liġijiet li jgħoddu għall-Maltin, u liġijiet li jgħoddu għall-barranin. Ħafna ħaddiema Maltin jemmnu li l-ħaddiema barranin qed itellfulhom il-ħobża tagħhom u jimminawlhom id-drittijiet. Il-Prim Ministru qal li hemm bżonn tidħol assisgurazzjoni li timjega lil min timpjega, id-drittijiet u l-ispejjeż huma kollha l-istess. Huma min huma u ġejjin minn fejn ġejjin. Il-Prim Ministru qal li jaspira lejn suq tax-xogħol kożmopolitu, u l-barranin huma neċessarji għat-tkabbir ekonomiku Malti. “Irridu nikkumbattu r-razziżmu li hawn” sostna l-Prim Minsitru, u qal li llum min hu Malti u jrid jaħdem, jista’ jsib impjieg.

L-affarijiet, però, iridu jsiru b’mod legali. Il-Pulizija dan l-aħħar wettqet eżerċizzju li permezz tiegħu ħadet azzjoni kontra min kien pajjiżna illegalment. Dawn, qal il-Prim Ministru, iridu jmorru lura. “M’għandiex għalfejn niddejqu nagħmlu dan kollu, inkella xi kredibiltà se jkollna nistaqsu lil pajjiżi oħra jgħinuna?” Għalkemm qal ukoll li min ġej minn pajjiż li mhux sigur, pajjiżna għandu dover jipproteġih.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

4 Comments

  1. Ingabru 33 persuna li minnhom ha jitkeccek 30
    Nahseb li dahk fil wicc ghax awn eluf ta ‘mmigranti ‘llegali f’pajjizna

  2. He said that he wants to take care of the women in Malta!!! If he took care of the working man from the beginning, women would not need to work, they will take care of growing the family! But those who pull his strings are those who hate the traditional family unit! They brought expenses so high that a man’s wage will not be able to bring up a decent family, therefore they had to send the women out to work and help bring a roof on the head and food on the table!

    DAK ISSEJAHLU PROGRESS SUR PRIMINISTRU?

    1. Under the previous administration many women had to accept to work precariously in menial positions. This is not acceptable. Women want to work to be independent and feel satisfied with themselves. Nowadays thanks to measures like free childcare more women can achieve this. The fact that surveys state that the disposable incomes of Maltese families has increased considerably since 2013 is no fluke!

  3. Unfortunately I have to reply to DE ……I have been married for 43yrs and after having 2 kids in 19mts I started working again. Kids were already at pre school. I’m 70yrs old now and yes believe it…..I’m still working!! 4 days in a week but still at it. I’m also a grandma of 3 too. I love work and can’t think of retirement. So please….. women need to work that’s why we fought for liberation and equality.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend