Leave għal min għandu l-kanċer jew ulied morda; Prim Ministru li “mhux se jieqaf minuta” iġib aktar xogħol lejn pajjiżna – One News

Notifiki

Leave għal min għandu l-kanċer jew ulied morda; Prim Ministru li “mhux se jieqaf minuta” iġib aktar xogħol lejn pajjiżna

“Irridu li kull min għandu l-kanċer ikollu leave aktar sabiex ikun jista’ jieħu l-kura”

Hekk stqarr il-Prim Ministru Joseph Muscat meta tkellem fiċ-ċentru Laburista ta’ San Ġwann.

Qal li matul s-sena d-dieħla, irid jidħol ftehim dwar sistema li permezz tagħha ħaddiem ikollu dritt li jekk uliedu iqumu morda, ikunu jistħu jieħdu leave speċjali biex jieħdu ħsieb lil dawk it-tfal.  Dwar din, trid issir konusltazzjoni.

Trid issir bidla wkoll fuq il-paga minima. Dan il-Gvern diġa’ ta sinjal li l-paga minima f’pajjiżna mhix adekwata. Il-ħsieb tagħha kien li tgħajjex familja, iżda llum din mhix biżżejjed. Fil-baġit li għadda, il-paga minima żdiedet, b’mill-inqas erba’ ewro fil-ġimgħa. F’ċertu każijiet żdiedet bi €15. Dan il-piż intrefa’ mill-Gvern.

Issa huwa l-waqt li min iħaddem u trade unions jaslu fi ftehim dwar il-paga minima. Ħaddieħor qabad u tkellem minn żniedu u biddell verżjonijiet biex issa qed jgħid li jaqbel ma’ żieda. Jekk ma jilħqux ftehim it-trade unions u min iħaddem, se jasal jieħdu deċiżjonijiet il-Gvern.

Il-Prim Ministru qal dan kollu wara li spjega li dan il-Gvern mhux wieħed li jistrieh fuq ir-riżultati tajba, u mhux Gvern li jrid l-establishment.

“Minix se nieqaf minuta inġib aktar xogħol lejn pajjiżna” sostna Joseph Muscat, filwaqt li qal li se jkompli jaħdem biex it-tkabbir ekonomiku bla preċedent ikompli. Fil-ġimgħat u jiem li ġejjin se jibqa jkun hemm aħbarijiet dwar postijiet tax-xogħol, u postijiet li jħallsu aħjar u b’kundizzjonijiet aħjar.

Minn naħa l-oħra, hemm partit fl-Oppożizzjoni li fl-aħħar mill-aħħar irid jerġa’ jmur jaħdem bil-heavy fuel oil. Sal-aħħar ta’ din il-leġiżlatura, qal il-Prim Minsitru iċ-ċumnija parti mill-power station li tant tniġġeż se tkun tneħħiet. Il-Prim Minsitru staqsa’: allura issa li qed jgħid li l-pjan tiegħu tinkludi power station li mhux se tkun teżisti, x’se jagħmel Simon Busuttil?  “M’għandux idea x’se jkun qed jagħmel” kienet ir-risposta, filwaqt li qal li fis-subkonxju tal-PN hemm l-idea li pajjiżna ma jistax ikompli jikber ekonomikament.

“Ir-rispett tigwadanjah u taħdem għalih” fakkar il-Prim Minsitru filwaqt li wiegħed li fix-xhur li ġejjin il-Gvern mhux se jkun ħsiebu biss fi Brussell u jinsa’ lil Malta. “Ħa nibqgħu qrib in-nies”.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend