It-Taljani ta’ Le Iene l-iktar li għandhom xogħol b’lura – One News

It-Taljani ta’ Le Iene l-iktar li għandhom xogħol b’lura

• IL-GHRC DETERMINATA LI MA JGĦADDUHIEX LIXXA

Il-kumpanija Filliberti, dik li xhur ilu ġiet tinvestiga dwar dak li ntqal li għandha tieħu fil-programm Taljan Le Iene, hija l-iktar waħda li baqgħalha xogħol x’tagħmel b’rabta mal-Parlament il-ġdid. Xogħol li dwaru l-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal- Port il-Kbir ippreżentat ittra uffiċjalifil-Qorti nhar il-Ġimgħa.

Tagħrif li għandha u li ppublikat illum il-gazzetta KullĦadd jgħid li minbarra xogħol mhux lest, hemm xogħol li sar ħażin. Fost oħrajn ix-xogħol jinkludi pavimentar fil livell tal-bejt tal-Parlament lift u problemi oħra f’bibien u twieqi kbar li ġew fornuti, li sal-lum għad iridu jigu indirizzati.

Iċ-Ċermen tal-GHRC qal li l-korporazzjoni “bdiet il-passi meħtiega biex tara li min għandu l-obbligu li jindirizza dawn in- nuqqasijiet jara li jagħmel xogħlu sewwa.”

Biex tlesta l-proġett tal-bini tal-Parlament, kien hemm diversi diffikultajiet li kellhom jigu megħluba. Minkejja li kienu ngħataw deadlines biex il-proġett jitlesta sa Ottubru 2014, il-kuntratturi responsabbli minn dan il-proġett ma kinux waslu u b’hekk daħlu fis-seħħ il-klawsoli tal- kuntratt li bihom il-GHRC kellha l-jedd li titlob għall- penali talli x-xogħol ma tlestiex fil-ħin.

Il-Parlament beda jiltaqa’ fil-bini l-ġdidf’Mejju 2015. Fil-binja, minkejja li bdiet tintuża, kien hemm diversi xogħlijiet li jew ma kinux tlestew kif kien iddisjinat, jew xogħlijiet li ma kinux ġew aċċettati mill-periti li saru ta’ kwalità tajba.

“Fix-xhur ta’ wara, saru diversi interventi biex dawn in-nuqqasijiet jiġu indirizzati. Uħud min- nuqqasijiet tal-kuntratturi ġew indirizzati. Iżda hemm oħrajn li sal-lum għadhom pendenti u x-xogħol għadu ma sarx sal-livell aċċettabbli mill-periti,” kompla jispjega Zrinzo.

Kien għalhekk li peress li sal-lum dawn il-kwistjonijiet ma kienux indirizzati minkejja li għadda dan iż-żmien, il- GHRC ħadet il-pass li tavżaformalmentlisetkun qed tieħu passi skont il- ligi. “Dan huwa parti mill- proċesslitinforzakuntratt li jkun hemm,” irrimarka Zrinzo Azzopardi. Iċ-Ċermen tal-GHRC ikkonferma wkoll li l-akbar nuqqasijiet li għad fadal huma relattivi għal xogħol li wettqet il-BIB JV li l-istess joint venture fdathom lill-kumpanija Taljana Filiberti.

Il-kumpanija Filiberti għandha proċeduri legali kontra l-BIB JV, u dan wara li allegat li għandha titħallas mingħand il-Gvern Malti. Dan meta lanqas biss għandha kuntratt mal-Gvern Malti.

Dwar dawn l-allegazzjonijiet, tim investigattiv mill-programm Le Iene kien gie jintervista għal għarrieda lill-Prim Ministru Joseph Muscatuankelic-Ċermen tal-GHRC.

 

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend