Titjib fil-qagħda ta’ eluf ta’ familji Maltin – One News

Notifiki

Titjib fil-qagħda ta’ eluf ta’ familji Maltin

Naqsu b’mod konsiderevoli dawk li fi stħarriġ xjentifiku tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika ddeskrivew bħala piż kbir l-ispejjeż relatati mar-residenza tagħhom.

Filwaqt li fl-2012 kienu 56% li ddeskrivew bħala piż sostanzjali spejjeż bħad-dawl u l-ilma jew l-imgħax fuq is-self tad-dar, fl-2015 dan niżel għal 34%.

Bidla li tista’ tkun deskritta bħala titjib fil-qagħda ta’ eluf ta’ familji.
L-istudju tal-NSO jindika wkoll li mentri fl-2012, 39% tal-familji kien jgħidu li fejn joqgħodu huwa affetwat mit-tniggiż, ħmieġ jew minn problemi ambjentali, dan issa naqas ghal 32%.

L-istħarriġ juri wkoll li naqas il-persentaġġ ta’ familji li jħossu li jgħixu f’residenza li hija żgħira wisq għalihom, tant li issa dan huwa l-anqas mindu beda jsir dan l-istharriġ.

Mill-istħarriġ jirriżulta wkoll li 44% tal-Maltin kienu jgħixu fi djar, bil-kumplament kienu primarjament jgħixu f’appartamenti jew maisonettes. Il-maġġoranza tar-residenzi, 31.1% kellu ħames t’ikmamar. Dan kien segwit minn 23% b’sitt kmamar u 19.4% b’seba’ kmamar jew iktar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend