Raġel l-isptar bi ġrieħi serji wara waqgħa ta’ madwar sular – One News

Notifiki

Raġel l-isptar bi ġrieħi serji wara waqgħa ta’ madwar sular

Għall-ħabta tad-8:45a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha, fi Triq il-Kulleġġ l-Antik, Tas-Sliema.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 86 sena residenti Tas-Sliema kien waqa’ minn għoli ta’ ‘il fuq minn sular f’residenza li fiha qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni. Jidher li l-vittma, mal-waqgħa ġie ġo xaft ta’ lift.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend