Malta protagonista: mhux biss se jkollna l-Presidenza imma assemblea diġitali wkoll – One News

Notifiki

Malta protagonista: mhux biss se jkollna l-Presidenza imma assemblea diġitali wkoll

Waqt l-ewwel summit organizzat mill-KPMG b’rabta tal-gaming f’pajjiżna, il-Ministru Chris Cardona qal li Malta hija onorata li tospita bi prominenza dan is-settur,  filwaqt li hija kommessa li tkompli tevolvih.

Spjega kif il-potenzjali li pajjiżna jsir ċentru ta’ eċċellenza għall-ekonomija diġitali qed ikompli jikber.

Irrimarka wkoll li waqt li Malta se jkollha l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, pajjiżna se jospita assemblea diġitali.

Iċ-chairman tal-Malta Gaming Authority Joseph Cuschieri spjega li fost l-ikbar diffikultajiet hemm dik li timplimenta leġiżlazzjoni, u qabel dan isir, irid ikun eżaminat x’se jgib miegħu il-futur.

Qal ukoll li bħala awtorità jinsabu viċin li jkollhom leġislazzjoni li tagħmel unur filwaqt li tpoġġi lill-Malta bħala s-silicon village tal-gaming fid-dinja.

Ivan Filletti, head of operations and business development ta’ Gaming Malta, tkellem dwar l-importanza li nibqgħu fuq quddiem f’dan is settur, filwaqt li nantiċipaw dak li l-futur se jġib miegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend