Madwar 73 jitilfu ħajjithom wara splużjoni f’Mozambique – One News

Notifiki

Madwar 73 jitilfu ħajjithom wara splużjoni f’Mozambique

Minn tal-inqas 73 persuna nqatlu u 110 oħra sfaw midruba wara splużjoni ta’ tanker tal-fjuwil fil-Punent ta’ Mozambique.


Sa issa għadhom mhumiex ċari c-cirkustanzi tal-isplużjoni li seħħet il-Ħamis waranofsinhar f’villaġġ fil-provinċja ta’ Tete.
Wħud mir-rapporti qed jgħidu li x-xufier tat-tanker kien qed jipprova jbigħ il-fjuwil lin-nies tal-villaġġ.

Rapporti oħra jgħidu li l-isplużjoni nnifisha jista’ jkun kienet ikkawżata minn sajjetta jew xi nirien fil-qrib.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend