Kif għandha tinbidel il-liġi tal-impjiegi – One News

Notifiki

Kif għandha tinbidel il-liġi tal-impjiegi

  • Is-sensja
  • Jekk għandux jidħol fis-seħħ id-dritt tal-ħaddiem li jmur lura f’grad anqas minflok jiġi ssensjat
  • Il-ħlas indaqs li kull ħaddiem għandu jitħallas jekk ikun qed jagħmel xogħol tal-istess valur
  • Il-kundizzjonijiet u l-ħlas tal-overtime u l-btajjel pubbliċi
  • Id-drittijiet ta’ ħaddiema li jinsabu fuq kuntratt għal żmien fiss
  • Kif jista’ jkun hemm titjib fil-protezzjoni għall-impjegati
  • Kif il-ħaddiema li jilħqu l-età tal-irtirar li jgħaddu minn tkeċċija jew anke ikunu fi tmiem ta’ impjieġ jiġu pproteġġuti bil-liġi
  • Vacation leave u jekk il-liġi għandiex tindirizza x-‘shutdowns’
  • Jekk għandux jiġi kkunsidrat illi d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea dwar akkumulazzjoni ta’ leave jiġu implimentati fil-liġi Maltija

Dawn huma kollha temi diskussi waqt konferenza li qed issir llum, fejn qed jiġu ikkonsidrati emendi għal-liġi tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (EIRA).

Il-proċess b’rabta ma’ din ir-reviżjoni bdiet s-sena li għaddiet fejn kien hemm numru ta’ laqgħat u konsultazzjonijiet li tmexxew mill-Bord għar-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi (ERB) fid-Dipartiment tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (DIER), bis-sehem tat-trade unions, min iħaddem u rappreżentanza min-naħa tal-Gvern.

Permezz ta’ din il-konferenza ġie indikat li hemm bżonn tibdil fid-dawl tar-realtajiet li qed iseħħu fid-dinja tax-xogħol f’Malta, kemm minn att legali u kif ukoll minn att li jiġi identifikat x’inhu jiġri madwarna.

F’din il-konferenza qed ikun diskuss ukoll x’għandu jkun ix-xogħol diċenti, id-dimensjonijiet tal-istess xogħol u kif qed jiġi trattat b’mod inteternazzjonali u x’qed isir f’Malta.

Hawn tista’ ssegwi d-diskorsi tal-Prim Ministru Joseph Muscat u tal-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli. Fost oħrajn il-Prim Ministru tkellem dwar il-mewġa ta’ barranin f’pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend