AĠĠORNAT: Birdlife tiċħad l-“ispjunaġġ illegali” fuq nassaba – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Birdlife tiċħad l-“ispjunaġġ illegali” fuq nassaba

B’reazzjoni għar-rapporti li ħarġu fil-midja BirdLife Malta qalet li hi qed tiċħad dawn l-istess rapporti, li hi b’xi mod qed tagħmel użu minn prattiċi illegali.

BirdLife Malta qalet li hi se tibqa’ iffukata fuq il-ħidma ta’ konservazzjoni tal-bijodiversità, inkluż is-sorveljanza ta’ attivitajiet marbutin mal-kaċċa u l-insib.

BirdLife Malta se tibqa’ tevita li tidħol f’konfrontazzjoni u hi determinata li tibqa’ taħdem biex jinstab mod kif l-imsieħba kollha jikkollaboraw flimkien biex jiġu eradikati l-kaċċa u l-insib illegali f’Malta u Għawdex.

Fi stqarrija apparti, il-CABS bagħtu ir-reazzjoni tagħhom rigward l-istess allegazzjonijiet li saru f’rapporti fil-midja.

Il-CABS qalu li hi qatt ma għamlu użu minn apparat elettroniku biex jissemma’ konversazzjonijiet privati li saru minn fuq mowbajl. Huma qalu li fil-waqt li din il-prattika hi waħda llegali, m’hemmx użu għalihom hekk kif ħadd ma jitkellem jew jifhem il-Malti.

Fir-reazzjoni l-CABS qalu li huma ma jgħamlux użu mill-kumpanija li tikri l-vetturi li kienet msemmija mill-FKNK, fil-waqt li ma hemm l-ebda persuna ta’ nazzjonalitá Ġermaniza li ħadmet jew kienet voluntiera mal-CABS f’Malta minn Settembru.

“Ma nafux x’kienet li ħeġġet lill-eżekuttivi tal-FKNK biex joħorġu pubblikament din id-dikjarazzjoni stramba, ksenofobika u mingħajr ebda bażi. Li nistgħu nikkonfermaw hu li mill-bidu tal-istaġun it-timijiet tagħhna kienu qed josservaw u jirrapportaw diversi każijiet ta’ insib illegali, li jinkludu fi 18-il każ ta’ insib illegali u l-ħtif ta’ 25 “songbirds”.” Temm jgħid l-Uffiċjal tal-Istampa Axel Hirschfeld.

Ta’ QabelLi Jmiss

4 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend