“Simon Busuttil f’paniku malli nduna li Malta diġà daħħlet iktar minn €300 miljun mill-IIP” – One News

Notifiki

“Simon Busuttil f’paniku malli nduna li Malta diġà daħħlet iktar minn €300 miljun mill-IIP”

Stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali tgħid li malli ġie ppubblikat ir-rapport tar-regolatur indipendenti li kkonferma kemm il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment qed iwassal għal suċċess bla preċedent f’pajjiżna, il-Kap tal-Oppożizzjoni nħakem minn disprament politiku.

L-istqarrija tgħid li Simon Busuttil ma felaħx jisma’ li Malta diġà daħlet iktar minn 300 miljun ewro mill-investituri ta’ reputazzjoni li ġew attirati lejn pajjiżna u li ħafna minn dan il-ġid qed imur fil-fond nazzjonali li se joħloq proġetti soċjali għal benefiċċju ta’ kulħadd. Għalhekk il-Kap tal-Oppożizzjoni beda jivvinta stejjer ġodda dwar gideb u ksur ta’ liġi.

“Il-verità hija li, fuq dan il-programm, il-Gvern ma ħareġ ebda kapital u, wara proċess kompetittiv u miftuħ, għażel lill-kumpanija Henley and Partner’s biex tieħu t-tmexxija tal-applikazzjonijiet f’idejha abbażi ta’ ħlasijiet leġittimi. B’differenza minn dak li kien jagħmel Gvern preċedenti b’kuntratti importanti, il-kuntratt bejn il-Gvern u Henley and Partner’s ilu xhur li ġie ppubblikat, impoġġi fuq il-mejda tal-Kamra u diskuss fil-Parlament inkluż bix-xhieda tal-Ministru Bonnici,” kompliet tgħid.

Il-Ministeru u l-Gvern lokali qal li dan sar għaliex m’hemm xejn x’jinħeba. Ir-regolatur indipendenti, li kien fdat minn Gvernijiet preċedenti bħala Kap tal-Kummissjoni Elettorali, faħħar il-mod serju li bih qed jaħdem il-Gvern, b’sistemi sofistikati ta’ skrutinju u verifika mfissra mir-regolatur bħala inkoraġġanti u indikazzjoni ċara tas-suċċess enormi tal-programm.

Huma qalu li dan imur għal kollox kontra l-biża’ li ppruvat tnissel l-Oppożizzjoni. Għamlet tliet snin tgħid li b’dan il-programm il-Gvern qed ibigħ lil Malta imma r-realtà uriet li pajjiżna attira investituri ta’ potenzjal qawwi. Issa li spiċċawlha l-argumenti negattivi kollha, l-Oppożizzjoni se tipprova tivvinta attakk ġdid biex tipprova tkisser u tħammeġ.

Il-programm ta’ ċittadinanza b’investiment sab l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tar-regolatur indipendenti, tal-140 aġent li qed jieħdu sehem fih, u tal-persuni ta’ saħħa globali li jipparteċipaw fis-suċċess ta’ pajjiżna. L-unika vuċi iżolata kontrih tibqa’ dik tal-Kap tal-Oppożizzjoni, huma qalu fl-istqarrija.

L-stqarrija temmet tgħid li Simon Busuttil irid ireġġa’ l-arloġġ lura.

Ta’ QabelLi Jmiss

4 Comments

  1. Smajtu xi darba dan il-proverbju -””L-ghira sieheb il-genn.”” Veru proverbju f’waqtu bhalissa . Jista’ jkun li nbidel ftit. Ghax l-GHIRA FIL-FATT SARET GENN.

  2. Malta hija pajjiz minghajr risorsi naturali bhal gas, zejt, ram, deheb, etc., imma ghandha l-aqwa risors li jista jkuollna! Dawn huwa ir-risors umani, jigifieri IL-MOHH U L-GHAQAL MALTI! Dawn fl’imkien mal-pozizzjoni geografika taghna, ix-xemx u il-bahar, ahna bil-ghaqal Malti taghna qedin inkunu fost l-aqwa fl-Ewropa. Ferm aqwa minn hafna pajjizi ferm u ferm ikbar minnha fid-daqs kemm geografiku u kemm fin-numru tal-populazzjoni!

    Hija tal-biki u ta’ minn jikkundanna bil-qawwi kollhu kif partit Malti bhalna, il-PN, jipprova kemm jiflah biex inaffar jew inaqqas il-gid li diehel u li ghad ir-irid jidhoh minn dan il-progett tal-IIP! Dawn zgur mhux fl-interess tal-pajjiz ged ifixklu dan il-gid, izda fl-interess taghhom personali u tal-partit tal-PN. Dan ghax jafu li dan il-gid miksuub ha jkompli jgib il-quddiem is-successun ta’ Joseph Muscat u il-gvern tieghu, u huma ma jergghux jiksbu il-poter!

    Proset Jooseph Muscat u il-partit laburista.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend