- “Malta is prepared in the best way possible.”
- Malta huwa pajjiż żgħir, b’ambizzjonijet kbar.
Kliem li tenna Jean Claude Juncker, President tal-Kummissjoni Ewropea, lejliet il-Presidenza Maltija u wara laqgħa bejn il-Kulleġġ tal-Kummissarji tal-Unjoni Ewropea u l-Kabinett tal-Ministri.
Qal li bħall-Lussemburgu, pajjiżna huwa żgħir, u flimkien, dawn il-pajjiżi żgħar huma kapaċi daqs dawk kbar.
Il-migrazzjoni, politika barranija, il-qgħad fost iż-żgħażagħ, huma kollha temi li se tindirizza Malta. Juncker qal li jinsab konvint li se jkunu sitt xhur li fihom se jkun hemm titjib fl-aġenda Ewropea.
“I have the highest respect for the courageous people living on this island” qal Juncker filwaqt li faħħar il-ħbiberija tiegħu ma’ Joseph Muscat.
Meta tkun diskussa l-migrazzjoni, Juncker qal li jaqsam ħafna l-problemi li taffaċja Malta. “This will be a great moment in the history of nations” temm jgħid Juncker.
Il-Prim Ministru qal li Malta se tiffoka fuq li l-Ewropa tagħmel progress fl-oqsma l-aktar importanti.
Malta qed timmira li tikseb numru ta’ riżultati waqt il-presidenza. L-ekonomija diġitali hija waħda minn dawn l-oqsma. Il-vantaġġ ta’ pajjiżna huwa li minn dejjem prova jibni pontijiet biex jiżgura li l-futur ikun wieħed fejn kulħadd ikun jista’ jaħdem.
Madanakollu dejjem ikun hemm kriżijiet. Is-sitt xhur li ġejjin mhux se jkunu biss dwar Brexit u l-migrazzjoni, imma hemm ħafna xogħol ieħor. Fosthom li aktar nies jifhu l-ħidma fuq livell Ewropew. Jekk hemm lezzjoni waħda li jista’ wieħed jitgħallem, hija li ħafna enerġija għandha tintuża f’li wieħed jaġixxi fuq il-ħsibijiet taċ-ċittadini.
Ritratt: Ray Attard