Il-Ministeru għat-Turiżmu għamel referenza għat-titjiriet li ma niżlux Malta fil-ħin stipulat matul il-jum tal-Erbgħa.
Il-Ministeru għat-Turiżmu eżiġa rapporti dwar l-avvenimenti kemm mill-Malta International Airport (MIA), kif ukoll mill-Malta Air Traffic Services (MATS), u jinżamm infurmat bl-iżviluppi kkonċernati.
Il-Ministeru għat-Turiżmu ġie mgħarraf li qiegħed iseħħ xogħol mill-MIA relatat mal-Instrument Landing System (ILS).
“Il-piloti tat-titjiriet rispettivi ddeċidew li jinżlu Katanja iktar kmieni llum, minħabba li l-kundizzjonijiet tat-temp ma kinux favorevoli biex jinżlu l-ajruplani mingħajr din is-sistema,” qal il-Ministeru.