Il-Ministeru tal-Edukazzjoi ikkonferma li ġie mgħarraf dwar allegat abbuż li seħħ fi skola tal-Istat. “Il-Ministeru jixtieq isserraħ ras il-pubbliku li ttieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tal-partijiet,” qal fi stqarrija. Żied li l-Ministeru huwa infurmat ukoll li qed issir inkjesta maġisterjali mill-Pulizija Eżekuttiva dwar dawn l-allegazzjonijiet.