Crane Currency fiduċjuża f’pajjiżna – One News

Notifiki

Crane Currency fiduċjuża f’pajjiżna

Id-diriġenti ta’ Crane Currency huma sodisfatti ferm bl-għajnuna u s-servizz li qed jirċievu biex mingħajr dewmien il-kumpanija tibda topera f’pajjiżna.

Scott Smith, Vici President tal-kumpanija u responsabbli mir-riżorsi umani stqarr li f’jumejn minn mindu ppubblikaw riklam dwar is-sejħa għall-ħaddiema, ikkuntattjawhom mat-300 persuna, bin-numru ta’ kuntatti dwar impjieg f’pajjiżna b’kollox ilaħħaq mal-1000 persuna minn meta tħabbar il-proġett.

Crane Currency, li qed tinvesti $100 miljun biex tibda topera minn pajjiżna, qed tfittex li fit-tnax-il xahar li ġejjin timpjega mal-mitejn persuna u tiftaħ linja tal-istampar tal-flus, bil-possibilità li tinfetaħ linja oħra u jkunu impjegati iktar persuni.

Smith qal ukoll li l-kumpanija tagħti valur kbir lis-sigurtà u l-kuntentizza tal-ħaddiema tagħha.

Madwar id-dinja Crane timpjega mal-elf persuna u tiddisinja u tistampa karti tal-flus għal 50 bank ċentrali madwar id-dinja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend