Konferenza nazzjonali dwar l-etika ġurnalistika – One News

Notifiki

Konferenza nazzjonali dwar l-etika ġurnalistika

Fid-19 ta’ Diċembru ser tittella’ Konferenza nazzjonali dwar il-ġurnaliżmu f’pajjiżna fil-Parlament. Konferenza organizzata mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) u l-uffiċju tal-ispeaker.

Għal din il-konferenza mhux biss se jkunu mistiedna l-edituri u l-ġurnalisti iżda hija miftuħa ukoll għall-pubbliku. L-għan ewlieni ta’ din il-konferenza huwa li jiġi diskuss l-abbozz revedut ta’ kodiċi ta’ etika ġurnalistika.

L-ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia spjega li f’din il-konferenza se tkun qed isir diskussjoni flimkien mal-ġurnalisti u l-Ministeru għall-Ġustizzja Owen Bonnici rigward il-liġi li tneħħi l-libell kriminali. L-abbozz ta’ liġi huwa approvat mill-Kabinett tal-Ministri, li għandu l-għan li jaġġorna l-oqsma tal-media u l-malafama għall-ħtiġijiet tad-dinja tal-lum.
L-ispeaker appella għal iktar korettezza u rapportaġġ veritier u jekk isir żball mill-ġurnalist għandu jiġi ikkoreġut
Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Ahjar kieku l-ispeaker tal-Parlament jara x’hemm bzonn isir biex jitnehha l-privilegg parlamentari darba ghal dejjem. Xbajna nisimghu b’akkuzi fuq akkuzi infondati minn membri parlamentarji li qatt ma gew irrepetuti barra l-Parlament. Ir-raguni hija ovvja l-ghala…. ghax kienu biss GIDEB. Xbajna sa mnehirna Sur Speaker b’dan l-abbuz tal-privilegg. Kien hemm zmien meta uhud kienu jinhbew wara xi kurcifiss jew xi stola. Issa ghandna parlamentarji jistahbew wara l-privilegg parlamentari. Tal-misthija!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend