Gvern li joffri aktar opportunitajiet lill-istudenti – One News

Notifiki

Gvern li joffri aktar opportunitajiet lill-istudenti

143 student fl-2015 ingħataw l-opportunita’ li jmorru barra minn xtutna biex jiksbu aktar taħriġ fl-istudji tagħhom.

Dan ifisser li n-numru ta’ internships għal studenti ġejjin mill-Istitut għall-istudji Turistiċi (ITS) irdoppja meta mqabbel man-numru ta’ studenti li taħt amministrazzjoni preċedenti, fl-2011, ingħataw din l-opportunita’.

Dan qalu l-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis bi tweġiba parlamentari għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis. Il-Ministru sostna li dan il-Gvern hu kommess ikompli jħeġġeġ lill-istudenti biex jirrikorru għal dawn l-opportunitajiet ta’ tagħlim barra minn xtutna.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend