F’Malta u Għawdex hawn 292 minuri segwiti mis-social workers tal-Aġenzija Appoġġ u tmien każijiet ta’ Unaccompanied Minors Asylum Seekers filwaqt li 154 familja qed jiffosterjaw tfal u żgħażagħ.
Meta wieġeb mistoqsija tad-deputat laburista Etienne Grech, il-Ministru għall-Familja Michael Farrugia qal li t-292 minuri segwiti mis-social workers tal-Aġenzija Appoġġ huma mqassma hekk: 100 tfal fostered; 14 specialised fostering; u 178 fi djar residenzjali.
Madwar 253 tifel u tifla ilhom aktar minn tliet snin taħt Ordni ta’ Ħarsien u segwiti mis-Social Workers tal-Aġenzija Appoġġ.