120 koppja tal-istess sess f’unjoni ċivili f’pajjiżna – One News

120 koppja tal-istess sess f’unjoni ċivili f’pajjiżna

Kienu 120 koppja li daħlu f’unjoni ċivili f’Malta u Għawdex minn April tal-2014, meta f’pajjiżna ddaħlet il-liġi dwar l-unjonijiet ċivili.

Fi tweġiba Parlamentari, l-Ministru għal-Libertajiet Ċivili Helena Dalli spjegat li ħmistax-il koppja daħlu f’unjoni ċivili barra minn Malta filwaqt li rreġistraw l-istatus tal-unjoni tagħhom f’Malta. Tmintax-il koppja oħra iżżewġu barra minn xtutna u ż-żwieġ tagħhom ġie rreġistrar f’pajjiżna.

Il-Ministru Helena Dalli qalet ukoll li kienu erba’ koppji tal-istess sess li kienu approvati għal addozzjoni, fejn koppja minnhom diġá addottat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend