Imut il-kantant Leonard Cohen – One News

Notifiki

Imut il-kantant Leonard Cohen

Il-kantant Kanadiż Leonard Cohen tilef ħajtu fl-etá ta’ 82 sena. Dan tħabbar fuq il-paġna ta’ facebook tal-kantant popolari fejn intqal li b’dieqa b’kbira d-dinja mużikali tilfet poeta, awtur u artist.

Ma kien hemm l-ebda dettalji dwar il-kawża tal-mewt ta’ dan il-kantant. Kanzunetta magħrufa mal-bosta u li Leonard Cohen se jibqa’ mfakkar għaliha, hija ‘Halelluljah’.

Kien propju x-xahar li għadda li dan il-kantant ħareġ dak li kellu jkun l-aħħar album mużikali tiegħu, bl-isem ta’ ‘You want it darker’. Kienu bosta il-kummenti fuq ‘Tweeter’ minn madwar id-dinja kollha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend