B’sogħba kbira – One News

Notifiki

B’sogħba kbira

Wara s-suċċessi ta’ Tikber u tinsa u B’tal-linja jaqbillek żgur, Simon Bartolo jirritorna bix-xogħol il-ġdid tiegħu … B’sogħba kbira!

B’sogħba kbira hija kummiedja daqxejn imqarba li ddur mal-familja Ciappara; familja kemxejn iktar eċċentrika mill-għeżież ġirien tiegħek! Il-membri ta’ din il-familja mhumiex eżattament normali u għandhom gosti strambi.

Min iffissat bl-ikrah fuq l-annimali, min jogħxa jtaqtaq, min iħobb jgħid ir-rużarju u min ossessjonat bix-xwabel. Li hu żgur hu li l-ħames aħwa fiċ-ċentru ta’ din il-kummiedja ma jħobbux lil xulxin.

U meta dil-familja tinħasad b’mewt għall-għarrieda, il-familja tinqasam fi tnejn u l-praspar kkuluriti tagħhom jiżdiedu … speċjalment meta jidħol dak l-imbierek wirt fin-nofs!

“Id-djalogi huma tant mexxejja u miktuba tajjeb li wieħed jibki bid-daħk, bl-aktar mod naturali,” jgħid id-direttur Roderick Vassallo. “ Għalkemm superfiċjalment, wieħed jista’ jgħid li din hija sempliċi farsa, inħoss li fil-verità hija forma intelliġenti ta’ kritika lil bniedem li jaħseb biss fih innifsu… ovvjament bejn ċajt u noti sarkastiċi varji!”

B’direzzjoni ta’ Roderick Vassallo u bi produzzjoni ta’ Bakkanti Troupe, jieħdu sehem Gilbert Formosa, Alison Abela, Olivia-Ann Marmara’, David Scicluna Giusti, Louise Fenech u Mandy Mifsud.

Dan il-proġett huwa mgħejun mill-Malta Arts Fund.

Biljetti minn www.activemalta.com

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend