Il-President elett Donald Trump iltaqa’ mal-President Amerikan Barack Obama fil-White House.
F’laqgħa ta’ madwar siegħa u nofs huma tkellmu biex it-transizzjoni tal-poter timxi b’mod ħarir.
F’kummenti lill-ġurnalisti, Trump saħaq li kienet l-ewwel laqgħa tiegħu m’Obama u qal li jħossu onorat li ltaqa’ miegħu.
Min-naħa tiegħu, Obama spjega li minkejja d-differenzi li kellu mal-politika ta’ Trump, huwa se jkun qed jaħdem id f’id miegħu sakemm il-President elett jieħu formalment il-ġurament tal-ħatra.
Sadanittant mart il-President Amerikan, Michelle Obama ltaqgħet ukoll ma’ mart Trump, Melania Trump.